Language of document : ECLI:EU:F:2008:2

DIGRIET TAL-PRESIDENT TAL-EWWEL AWLA
TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

22 ta’ Jannar 2008

Kawża F-106/06

Anže Erbežnik

vs

Il-Parlament Ewropew

“Ftehim bonarju fuq l-inizjattiva tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Tħassir”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu A. Erbežnik essenzjalment jitlob, permezz ta’ koabitazzjoni legalizzata mhux matrimonjali ma’ A. Horvat, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li tagħtih l-allowance ta’ installazzjoni skont il-livell previst għall-uffiċjali li ma għandhomx dritt għall-allowance tal-familja, billi dan ir-rikors, b’mod partikolari, jirrigwarda l-ewwel terz ta’ din l-allowance, li, skont, l-Artikolu 5(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 24 tas-sistema applikabbli għall-membri oħra, u wara t-talba ta’ ħlas imressqa mir-rikorrent f’Mejju 2005, ġiet imħallsa lilu bl-applikazzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament meħuda għal dan il-għan fit-2 ta’ Ġunju 2005; sussidjarjament, ir-rikorrent jitlob lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jimponi fuq il-Parlament li jieħu inkunsiderazzjoni l-bidla fl-istatus tal-familja għall-partijiet tal-allowance mħallsa wara ż-żwieġ tiegħu li seħħ f’Awissu 2005.

Deċiżjoni: Il-Kawża F‑106/06, Erbežnik vs Il‑Parlament, hija imħassra mir-reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Il-Parlament għandu jħallas lir-rikorrent, għall-ispejjeż sostnuti minnu, is-somma ta’ EUR 6 000. Il-Parlament għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

Sommarju

Uffiċjali – Rikors – Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Tħassir mir-reġistru

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikoli 69 u 74)