Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (it-Tielet Awla) tas-26 ta’ Frar 2014 – Diamantopoulos vs SEAE

(Kawża F-53/13)1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Deċiżjoni li ma tingħatax promozzjoni lir-rikorrent fil-grad ta’ AD 12 – Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-ilment – Deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda tal-ilment wara r-rikors – Motivazzjoni)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Alkis Diamantopoulos (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (rappreżentanti: S. Marquardt u E. Chaboureau, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma tingħatax promozzjoni lir-rikorrent fil-grad ta’ AD 12 skont il-proċedura ta’ promozzjoni tal-2012Dispożittiv Id-deċiżjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna li ma tingħatax promozzjoni lil A. Diamantopoulos fil-grad AD 12 skont il-proċedura ta’ promozzjoni tal-2012 hija annullata.Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn A. Diamantopoulos.