Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fl-24 ta’ Settembru 2018 – UTEP 2006. SRL vs Vas Megyei Kormányhivatal Hatósági Főosztály, Hatósági, Építésügyi és Oktatási Osztály
(Kawża C-600/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: UTEP 2006. SRL
Konvenuti Vas Megyei Kormányhivatal Hatósági Főosztály, Hatósági, Építésügyi és Oktatási Osztály
Domanda preliminari
L-Artikolu 92 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi interpretazzjoni tal-Artikolu 12A tal-“a kis- és középvállalkozásokról, fejlődésük támogatásáról szóló 2004. évi XXXIV. Törvény” (il-Liġi XXXIV tal-2014, dwar l-Impriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju u s-Sussidji għall-Iżvilupp Tagħhom – iktar ʼl quddiem “il-Liġi KKV”) u l-prattika amministrattiva segwita f’dan ir-rigward, li skonthom din id-dispożizzjoni ma hijiex applikabbli għal impriżi (entitajiet legali) ta’ Stati Membri oħra li ma humiex irreġistrati fl-Ungerija iżda li jissodisfaw il-kunċett ta’ impriżi żgħar u ta’ daqs medju fis-sens tal-imsemmija liġi?
____________