Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-88/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u S. Orlandi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li jsir il-kalkolu tal-bonus tad-drittijiet għall-pensjoni miksub qabel id-dħul fis-servizz abbażi ta’ dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tas-16 ta’ Jannar 2012 dwar il-kalkolu tal-bonus tad-drittijiet għall-pensjoni miksub mir-rikorrent qabel id-dħul tiegħu fis-servizz tal-Kummissjoni;

sa fejn meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tiegħu, tal-15 ta’ Ġunju 2012, intiż għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni u tar-rati attwarjali li kienu fis-seħħ meta ressaq it-talba għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tiegħu;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.