Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-11 ta' Diċembru 2012 - Trentea vs FRA
(Kawża F-112/10)
(Servizz pubbliku - Persunal tal-FRA - Aġenti temporanji - Reklutaġġ - Avviż ta' sejħa għal impjieg - Ċaħda ta' kandidatura)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Cornelia Trentea (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenuta: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (rappreżentanti: M. Kjærum, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)
Suggete
Servizz pubbliku - L-ewwel nett, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta illi tiċħad il-kandidatura tar-rikorrenti għall-pożizzjoni ta' assistent amministrattiv fil-qasam "Finanzi u għoti ta' kuntratti pubbliċi" kif ukoll id-deċiżjoni illi taħtar lil kandidat ieħor. It-tieni nett, talba għal kumpens għad-danni morali u materjali illi allegatament ġarrbet ir-rikorrenti.
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2) C. Trentea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali.
____________1 - ĠU C 13, 15.01.2011, p. 43.