Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-31 ta' Jannar 2008 - Buendía Sierra vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-97/05)1

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2004 - Attribuzzjoni ta' punti ta' prijorità - Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti l-ġodda tal-Persunal fiż-żmien)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: José Luis Buendía Sierra (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: M. van der Woude u V. Landes, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Berscheid u V. Joris, aġenti, assistiti minn D. Slater, avukat)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjonijiet li jattribwixxu punti ta' prijorità lir-rikorrent taħt il-proċedura ta' promozzjoni 2004 u, min-naħa l-oħra, l-annullament tal-lista ta' mertu ta' l-uffiċjali tal-grad A*11 promossi għall-grad A*12 taħt il-proċedura 2004

Dispożittiv

1)    Id-deċiżjoni li tistabbilixxi n-numru totali ta' punti ta' J. Buendía Sierra fir-rigward tal-proċedura ta' promozzjoni 2004 u d-deċiżjoni li ma jiġix promoss taħt din il-proċedura huma annullati.

2)    Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huma miċħuda.

3)    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 10, 14.01.2006, p. 24 (Kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej bin-numru T-380/05 u ttrasferita quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea permezz ta' digriet tal-15.12.2005)