Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Erding (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Mejju 2019 – E.M., M.S. vs Eurowings GmbH

(Kawża C-414/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Erding

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: E.M., M.S.

Konvenuta: Eurowings GmbH

Domanda preliminari

Sabiex tiġi ddeterminata d-distanza li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 1 , fil-kuntest ta’ rotta tal-ajru komposta minn diversi partijiet ta’ titjir, għandhom jitqiesu wkoll it-titjiriet b’passiġġieri b’titjira ta’ konnessjoni li ma kinux affettwati mill-inċident li affettwa t-titjira ta’ konnessjoni?

____________

1     Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10)