Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal correctionnel de Bordeaux (Franza) fl-20 ta’ Frar 2020 – Procureur de la République vs ENR Grenelle Habitat SARL, EP, FQ

(Kawża C-88/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal correctionnel de Bordeaux

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Procureur de la République

Konvenuti: ENR Grenelle Habitat SARL, EP, FQ

Domandi preliminari

1    L-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, interpretat fid-dawl tal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 7 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem relatata ma’ dan, jipprekludi kumulu ta’ proċeduri kriminali u amministrattivi ta’ natura kriminali li jkollhom bħala suġġett fatt materjali uniku (telefonati mhux mitluba) b’azzjoni kriminali taħt żewġ klassifikazzjonijiet differenti?

2)    Jekk tingħata risposta fl-affermattiv, li jimplika proċedura kriminali waħda għall-istess fatt, l-Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jistabbilixxi l-prinċipji ta’ legalità u ta’ proporzjonalità tar-reati u tal-pieni, interpretat fid-dawl tad-drittijiet u tal-libertajiet tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem relatata ma’ dan, ma jeżiġix li l-kundizzjonijiet u l-kriterji għal proċedura waħda jkunu ddefiniti minn qabel, b’teħid inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, tal-gravità tal-ksur?

3)    Jekk tingħata risposta fin-negattiv, li jimplika kumulu ta’ proċeduri kriminali, l-Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jistabbilixxi l-prinċipji ta’ legalità u ta’ proporzjonalità tar-reati u tal-pieni, interpretat fid-dawl tad-drittijiet u tal-libertajiet tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem relatata ma’ dan, ma jeżiġix li dan il-kumulu ta’ proċeduri kriminali u amministrattivi ta’ natura kriminali għal fatt materjali uniku (telefonati mhux mitluba) jiġi limitat għall-każijiet l-iktar serji u, f’dan il-każ, li l-kriterji ta’ gravità jiġu ddefiniti minn qabel?

____________