Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Milano (l-Italja) fit-13 ta’ Settembru 2019 – SPV Project 1503 Srl, Dobank SpA vs YB
(Kawża C-693/19)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Milano
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SPV Project 1503 Srl, Dobank SpA
Konvenut: YB
Domanda preliminari
L-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 93/13/KEE 1 u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprekludu, u taħt liema kundizzjonijiet, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik deskritta, li tipprekludi lill-qorti ta’ eżekuzzjoni twettaq stħarriġ intrinsiku ta’ titolu eżekuttiv ġudizzjarju li kiseb l-awtorità ta’ res judicata u li timpedixxi lill-istess qorti, fil-każ ta’ manifestazzjoni ta’ rieda min-naħa tal-konsumatur li jinvoka n-natura inġusta tal-klawżola inkluża fil-kuntratt li bis-saħħa tiegħu nkiseb it-titolu eżekuttiv, tissupera l-effetti tal-awtorità ta’ res judicata impliċita?
____________
1 Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).