Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Jannar 2019 – X-GmbH vs Finanzamt Z
(Kawża C-48/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: X-GmbH
Konvenut: Finanzamt Z
Domandi preliminari
F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn persuna taxxabbli, li taġixxi f’isem fondi għall-mard, tipprovdi konsulenza bit-telefon lill-persuni assigurati fir-rigward ta’ diversi kwistjonijiet relatati mas-saħħa u mal-mard, tkun teżisti attività li tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 132(1)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 ?
F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huwa biżżejjed, fir-rigward tas-servizzi msemmija fl-ewwel domanda u għat-tranżazzjonijiet imwettqa fil-kuntest ta’ “programmi ta’ akkumpanjament tal-pazjenti”, għall-finijiet taċ-ċertifikati professjonali neċessarji, li tali konsultazzjonijiet bit-telefon isiru minn “edukaturi tas-saħħa” (assistenti tas-saħħa, infermiera) u li, f’madwar terz mill-każijiet, jintervjeni tabib?
____________
1 ĠU 2006, L 347, p 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.