Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2011 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-55/11)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas l-allowance għall-edukazzjoni mogħtija lir-rikorrent minħabba li t-tifel tiegħu jirċievi għajnuna finanzjarja mogħtija minn Stat Membru fil-forma ta’ borża ta’ studju jew self.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni li tnaqqas l-allowance għall-edukazzjoni mogħtija lir-rikorrent;

jannulla d-deċiżjoni dwar it-tnaqqis retroattiv tal-ammont ta’ EUR 936.96 kif jirriżulta mid-dikjarazzjoni ta’ dħul tar-rikorrent għax-xahar ta’ Ottubru 2010;

jannulla d-deċiżjoni dwar it-tnaqqis retroattiv tal-ammont ta’ EUR 936.96 kif jirriżulta mid-dikjarazzjoni ta’ dħul tar-rikorrent għax-xahar ta’ Novembru 2010;

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-17 ta’ Frar 2011, li tiċħad espressament l-ilment;

jirrimborsa, bl-interessi, lir-rikorrent is-somom li tnaqqsulu;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.