Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-22 ta’ Lulju 2020 – Roma Multiservizi spa, Rekeep spa vs Roma Capitale, Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

(Kawża C-332/20)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Roma Multiservizi spa, Rekeep spa

Konvenuti: Roma Capitale, Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

Domandi preliminari

Huwa konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea u ma’ interpretazzjoni korretta tal-premessi 14 u 32, kif ukoll tal-Artikoli 12 u 18 tad-Direttiva 24/2014/UE 1 u 30 tad-Direttiva 23/2014/UE 2 , anki b’riferiment għall-Artikolu 107 TFUE, li, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-limitu minimu ta’ 30% ta’ azzjonijiet ta’ soċju privat f’kumpannija futura pubblika-privata, liema limitu ġie meqjus bħala adegwat mil-leġiżlatur nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-prinċipji legali tal-Unjoni Ewropea stabbiliti fil-qasam tal-ġurisprudenza Komunitarja, tittieħed inkunsiderazzjoni biss il-kompożizzjoni formali/iddikjarata tal-imsemmi soċju jew inkella l-awtorità li tniedi s-sejħa għal offerti tista’ – jew effettivament għandha – tieħu inkunsiderazzoni l-azzjonijiet indiretti li hija stess għandha fis-soċju privat parteċipanti fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti?

F’każ li tingħata risposta pożittiva għall-ewwel domanda, huwa koerenti u konformi mal-prinċipji legali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari mal-prinċipju ta’ kompetizzjoni, proporzjonalità u ta’ adegwatezza, li l-awtorità li tniedi s-sejħa għal offerti tista’ teskludi mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti dak is-soċju privat parteċipanti, li l-parteċipazzjoni effettiva tiegħu permezz ta’ azzjonijiet fil-kumpannija futura pubblika-privata, meta titqies il-parteċipazzjoni identifikata pubblika diretta jew indiretta, tkun effettivament tammonta għal inqas minn 30%?

____________

1     Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65).

2     Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU 2014, L 94, p. 1).