Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta' Marzu 2010 - M. Almeida Campos et vs Il-Kunsill

(Kawża F-16/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: M. Almeida Campos (Brussell, il-Belġju) et (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjonijiet li r-rikorrenti ma jiġux promossi għall-grad AD12 għall-proċedura ta' promozzjoni tal-2009, u, jekk ikun meħtieġ, tad-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad, għall-istess proċedura ta' promozzjoni, l-uffiċjali li isimhom jinsab fil-lista ta' persuni promossi ppubblikata fis-CP Nru 97/09, tas-27 ta' April 2009, u fis-CP Nru 93/09, tat-13 ta' Mejju 2009.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjonijiet li r-rikorrenti ma jiġux promossi għall-grad AD12 għall-proċedura ta' promozzjoni tal-2009;

Jekk ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjonijiet li jippromwovu għall-grad AD12 għall-proċedura ta' promozzjoni tal-2009, l-uffiċjali li isimhom jinsab fil-lista ta' persuni promossi ppubblikata fis-CP Nru 97/09, tas-27 ta' April 2009, u fis-CP Nru 93/09, tat-13 ta' Mejju 2009;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________