Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

    (Kawża C-644/18)    

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u K. Petersen, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li, billi qabżet b’mod sistematiku u kontinwu l-valuri ta’ konċentrazzjoni ta’ PM10, qbiż li għadu għaddej sa llum,

fir-rigward tal-limiti ta’ kull ġurnata

–    mill-2008 fiż-żoni sussegwenti: IT1212 (zona Valle del Sacco); IT1215 (agglomerato di Roma); IT1507 (ex żona IT1501, zona di risanamento – area Napoli e Caserta); IT0892 (Emilia Romagna, Pianura ovest); żona IT0893 (Emilia Romagna, Pianura Est); IT0306 (agglomerato di Milano); IT0307 (agglomerato di Bergamo); IT0308 (agglomerato di Brescia); IT0309 (Lombardia, pianura ad elevata urbanizzazione A); IT0310 (Lombardia, pianura ad elevata urbanizzazione B); IT0312 (Lombardia, fondovalle D); IT0119 (Piemonte Pianura); żona IT0120 (Piemonte Collina);

–    mill-2009 fiż-żoni sussegwenti: IT0508 u IT0509 (ex żona IT0501, agglomerato Venezia-Treviso); IT0510 (ex żona IT0502, agglomerato di Padova); IT0511 (ex żona IT0503, agglomerato di Vicenza), IT0512 (ex żona IT0504, agglomerato di Verona); IT0513 u IT0514 (ex żona IT0505; zona A1 - provincia del Veneto);

fiż-żona IT0907 (zona di Prato Pistoia) mill-2008 sal-2013 u, mill-ġdid, mill-2015; fiż-żoni IT0909 (zona Valdarno Pisano e Piana Lucchese) u IT0118 (Torino agglomerato) mill-2008 sal-2012 u, mill-ġdid, mill-2014; fiż-żoni IT1008 (zona della conca ternana) u IT1508 (ex żona IT1504, zona costiera collinare beneventana), mill-2008 sal-2009 u, mill-ġdid, mill-2011; fiż-żona IT1613 (Puglia – zona industriale), fl-2008 u, mill-ġdid, mill-2011; fiż-żona IT1911 (agglomerato di Palermo), mill-2008 sal-2012, fl-2014 u mill-2016 u

fir-rigward tal-limiti annwali fiż-żoni:

IT1212 (valle del Sacco) mill-2008 u mingħajr waqfien sa mill-inqas l-2016; IT0508 u IT0509 (ex żona IT0501, agglomerato Venezia-Treviso) fl-2009, fl-2011 u mill-2015; IT0511 (ex żona IT0503, agglomerato di Vicenza), fl-2011, fl-2012 u mill-2015; IT0306 (agglomerato di Milano), IT0308 (agglomerato di Brescia), IT0309 (Lombardia, pianura ad elevata urbanizzazione A) u IT0310 (Lombardia, pianura B) mill-2008 sal-2013 u mill-2015; IT0118 (agglomerato di Torino) mill-2008 sal-2012 u mill-2015, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligu tagħha taħt l-Artikolu 13 moqri flimkien mal-Anness XI tad-Direttiva 2008/50/KE, u

2    tikkonstata li, billi ma adottatx mill-11 ta’ Ġunju 2010 miżuri adatti sabiex tiggarantixxi l-osservanza tal-valuri limiti stabbiliti għall-PM10 fiż-żoni indikati fil-punt 1 ta’ dawn it-talbiet, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50/KE waħdu u moqri flimkien mal-Parti A tal-Anness XV ta’ din id-direttiva u, b’mod partikolari, l-obbligu previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1) tad-Direttiva, li tiżgura li l-perijodu ta’ qbiż tal-valuri limiti indikati fiha jkun l-iqsar possibbli, u

3    tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tal-ewwel motiv tagħha, il-Kummissjoni tqis li l-informazzjoni miksuba fir-rigward tal-konċentrazzjoni ta’ PM10 fl-arja turi l-eżistenza ta’ ksur sistematiku u kontinwu tal-Artikolu 13 moqri flimkien mal-Anness XI tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU 2008, L 152, p. 1). Skont dawn id-dispożizzjonijiet, il-livell ta’ konċentrazzjoni ta’ dawn is-sustanzi ma jistax jaqbeż limiti ta’ kull ġurnata u annwali speċifiċi. F’ċertu żoni, dawn il-limiti nqabżu mingħajr ebda waqfien għal iktar minn għaxar snin.

Permezz tat-tieni motiv tagħha, il-Kummissjoni tqis li r-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50/KE waħdu u moqri flimkien mal-Parti A tal-Anness XV ta’ din id-direttiva. Fil-fatt, fl-ewwel lok, il-pjanijiet relatati mal-kwalità tal-arja, adottati sussegwentement għall-qbiż tal-valuri limiti ta’ konċentrazzjoni ta’ PM10, la jippermettu li dawn il-valuri limiti jiġu osservati u lanqas ma jippermettu li l-qbiż tagħhom jiġi limitat għall-iqsar perijodu possibbli. Fit-tieni lok, ħafna minn dawn il-pjanijiet ma fihomx l-informazzjoni mitluba fil-Parti A tal-Anness XV tad-Direttiva, informazzjoni li l-indikazzjoni tagħha hija obbligatorja fis-sens tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(1) tagħha.

____________