Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Den Haag (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-9 ta’ April 2019 – Dexia Nederland BV vs Z

(Kawża C-289/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof Den Haag

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti:Dexia Nederland BV

Appellat: Z

Domandi preliminari

L-utent ta’ klawżola abbużiva li ġiet annullata u li kienet intiża għall-ħlas ta’ kumpens fil-każ ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni mill-konsumatur tal-obbligi tiegħu, jista’ jinvoka l-kumpens legali applikabbli abbażi ta’ liġi supplimentari?

Għall-finijiet ta’ risposta għal din id-domanda, hija importanti l-kwistjoni dwar jekk il-kumpens li jista’ jiġi pretiż b’applikazzjoni tas-sistema ta’ kumpens legali jkunx ugwali, inferjuri jew superjuri għall-kumpens previst mill-klawżola annullata?

____________