Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Frar 2016 – Barnett u Mogensen vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-56/15)1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali rtirati – Pensjoni tal-irtirar – Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal – Koeffiċjenti ta’ korrezzjoni – Aġġornament annwali tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni – Artikolu 65(2) tar-Regolamenti tal-Persunal – Aġġornament interim – Artikoli 3, 4 u 8 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal – Limitu ta’ apprezzabbiltà – Varjazzjoni tal-għoli tal-ħajja – Artikolu 65(4) tar-Regolamenti tal-Persunal – Assenza ta’ aġġornament għas-snin 2013 u 2014 deċiża mil-leġiżlatur – Portata – Regolament Nru 1416/2013 – Sovravalutazzjoni tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni għad-Danimarka – Tnaqqis tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni mill-mekkaniżmu ta’ aġġornament interim – Użu ħażin ta’ poter)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Adrian Barnett (Roskilde, id-Danimarka) u Sven-Ole Mogensen (Hellerup, id-Danimarka) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jnaqqsu l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni applikabbli għall-pensjoni tar-rikorrenti, li jirrisjedu fid-Danimarka, kif tirriżulta mid-dikjarazzjonijiet tal-pensjoni tagħhom tax-xahar ta’ Ġunju 2014 u għall-kumpens għad-dannu morali allegatament imġarrab b’riżultat tal-informazzjoni diverġenti u kontradittorja għall-motivazzjoni tad-deċiżjonijiet ikkontestati.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

A. Barnett u S. Mogensen għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u huma kkundannati jbatu l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 213, 29/06/2015, p. 46.