Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Jannar 2019 – Wikingerhof GmbH & Co. KG vs Booking.com BV

(Kawża C-59/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Wikingerhof GmbH & Co. KG

Konvenuta: Booking.com BV

Domanda preliminari

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ġurisdizzjoni tal-post tal-avveniment dannuż tista’ tapplika fil-każ ta’ azzjoni għal inibizzjoni ta’ ċerti prattiki, jekk ikun possibbli li dawn il-prattiki kkontestati jkunu koperti minn regoli kuntrattwali iżda r-rikorrenti tallega li dawn ir-regoli huma bbażati fuq abbuż ta’ pożizzjoni dominanti min-naħa tal-konvenuta?

____________

1     ĠU 2012, L 351, p. 1.