Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Bucureşti (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Jannar 2019 – Orange Romania SA vs Autoritatea Naţională de Supraveghere a Prelucrării Datelor cu Caracter Personal

(Kawża C-61/19)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Orange Romania SA

Konvenuta: Autoritatea Naţională de Supraveghere a Prelucrării Datelor cu Caracter Personal

Domandi preliminari

Għall-finijiet tal-Artikolu 2(h) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data 1 , liema huma l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex ikun jista’ jitqies li indikazzjoni ta’ xewqa hija indikazzjoni speċifika u informata?

Għall-finijiet tal-Artikolu 2(h) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, liema huma l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex ikun jista’ jitqies li indikazzjoni ta’ xewqa hija indikazzjoni mogħtija liberament?

____________

1 Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).