Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Giustizia amministrativa per la Regione siciliana (l-Italja) fis-26 ta’ Marzu 2020 – Analisi G. Caracciolo srl vs Regione Siciliana - Assessorato regionale della salute - Dipartimento regionale per la pianificazione et

(Kawża C-142/20)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Giustizia amministrativa per la Regione siciliana (l-Italja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Analisi G. Caracciolo srl

Appellati: Regione Siciliana - Assessorato regionale della salute - Dipartimento regionale per la pianificazione, Regione Sicilia - Assessorato della salute - Dipartimento per le attività sanitarie e osservatorio, Accredia - Ente Italiano di Accreditamento, Azienda sanitaria provinciale di Palermo

Domandi preliminari

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 1 jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (bħall-Artikolu 40 tal-Liġi Nru 88/2009) li hija interpretata fis-sens li l-attività ta’ akkreditament tista’ tiġi eżerċitata minn organi li ma għandhomx is-sede tagħhom f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni u, għaldaqstant, mingħajr ma jiġi indirizzat l-organu ta’ akkreditament uniku, meta dawn l-organi jiggarantixxu mill-inqas l-osservanza tar-regoli UNI CEI EN ISO/IEC 17025 u UNI CEI EN ISO/IEC 17011 u juru, fost oħrajn permezz ta’ ftehimiet ta’ rikonoxximent reċiproku, li għandhom kwalifika essenzjalment ekwivalenti għal dik tal-organi uniċi previsti fir-Regolament Nru 765/2008?

Fid-dawl tal-Artikolu 56 TFUE, tal-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll tal-Artikolu 102 TFUE, ir-Regolament (KE) Nru 765/2008, sa fejn jistabbilixxi essenzjalment sistema ta’ monopolju fuq livell nazzjonali għall-attivitajiet ta’ akkreditament permezz tas-sistema tal-“organu uniku”, jikser il-prinċipji tad-dritt primarju tal-Unjoni u, b’mod partikolari, il-prinċipji tal-provvista libera tas-servizzi u ta’ non-diskriminazzjoni, il-projbizzjoni tad-disparitajiet ta’ trattament kif ukoll ir-regoli fil-qasam tal-kompetizzjoni li jipprojbixxu s-sitwazzjonijiet ta’ monopolju?

____________

1 Regolament (KE) 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU 2008, L 218, p. 30).