Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Lulju 2020 – UW vs Ryanair DAC

(Kawża C-346/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UW

Konvenuta: Ryanair DAC

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dewmien fit-tul ta’ titjira jista’ jkun “dovut” għal ċirkustanzi eċċezzjonali anki jekk dawn iċ-ċirkustanzi jkunu seħħew matul titjira preċedenti mill-ajruplan skedat il-ġurnata ta’ qabel?

Il-kawża tneħħiet mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Awwissu 2020.

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.