Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fl-10 ta’ Ottubru 2019 – B. K. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-742/19)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: B.K.

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Domandi preliminari

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88/KE 1 japplika wkoll għall-ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tad-difiża u għall-militari li jagħmlu xogħol tal-għassa fi żmien ta’ paċi?

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88/KE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha l-perijodi ta’ stand-by tal-ħaddiema li jaħdmu fl-armata, imwettqa fuq il-post tax-xogħol jew f’post determinat (iżda mhux id-dar) u l-preżenza tal-militari li jaħdmu fil-qasam tad-difiża f’perijodi ta’ għassa, meta dawn il-militari ma jwettqux xogħol effettiv, iżda għandhom ikunu fiżikament preżenti fil-kwartier tas-suldati, ma humiex inklużi fil-ħin tax-xogħol?

____________

1     Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).