Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-13 ta' Diċembru 2012 - BW vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-2/11) 

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Uffiċjal bi prova - Nuqqas ta' ħatra bħala uffiċjal permanenti fi tmiem il-perijodu ta' prova - Motivazzjoni tad-deċiżjoni li jitkeċċa l-impjegat taħt prova

- Drittijiet tad-difiża)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: BW (Brussel, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi, S. Bonté u A. Blot, avukati, sussegwentement minn H. Soland, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u P. Pecho, aġenti, sussegwentement minn J. Baquero Cruz, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni sabiex jitkeċċa r-rikorrent fi tmiem tal-perijodu ta' prova, kif ukoll il-kumpens għad-danni li arrekatlu din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

BW hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha u kif ukoll għall-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 72, 05.03.2011, 36.