Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Łodzi-Śródmieścia w Łodzi (il-Polonja) fis-27 ta’ Frar 2019 – RL vs J.M.

(Kawża C-199/19)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Łodzi-Śródmieścia w Łodzi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: RL

Konvenut: J.M.

Domandi preliminari

L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2011/7”) 1 , li ġie transpost fl-ordinament ġuridiku Pollakk permezz tal-Artikolu 4(1) tal-ustawa z dnia 8 marca 2013 r. o terminach zapłaty w transakcjach handlowych (il-Liġi tat-8 ta’ Marzu 2013 dwar it-Termini għall-Ħlas fi Tranżazzjonijiet Kummerċjali, test ikkonsolidat, Dz. U. tal-2019, pożizzjoni 118, iktar ’il quddiem il-“Liġi tat-8 ta’ Marzu 2013”), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kuntratti li l-eżekuzzjoni prinċipali tagħhom tikkonsisti fil-provvista b’titolu oneruż ta’ oġġett għal użu temporanju (pereżempju, il-kuntratt ta’ kiri) għandhom jitqiesu wkoll bħala tranżazzjonijiet li jwasslu għall-provvista ta’ oġġetti jew għall-provvista ta’ servizzi bi ħlas (tranżazzjonijiet kummerċjali)?

F’każ ta’ risposta pożittiva għad-domanda preċedenti, l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2011/7, li ġie transpost fl-ordinament ġuridiku Pollakk permezz tal-Artikolu 11(1) tal-Liġi tat-8 ta’ Marzu 2013, għandu jiġi interpretat fis-sens li ftehim dwar l-eżekuzzjoni perjodika mid-debitur ta’ benefiċċji fi flus, inkluż fil-każ tal-konklużjoni ta’ kuntratt għal żmien mhux determinat, għandu wkoll jitqies bħala ftehim, bejn il-partijiet fi tranżazzjoni kummerċjali, fuq skeda ta’ pagamenti li tistabbilixxi l-ammonti li għandhom jitħallsu bin-nifs?

____________

1     ĠU 2011, L 48, p. 1.