Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-8 ta’ Marzu 2019 – Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö

(Kawża C-215/9)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö

Parti oħra fil-proċedura: A Oy

Domandi preliminari

L-Artikoli 13b u 31a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 1 tal-15 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE 2 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1042/2013 3 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 fir-rigward tal-post tal-forniment ta’ servizzi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li s-servizzi ta’ ċentru tad-data bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn il-kummerċjant jipprovdi lill-klijenti tiegħu armarji li jinsabu fiċ-ċentru tad-data intiżi għat-tqegħid ta’ servers tal-klijenti, inklużi servizzi anċillari, għandhom jitqiesu bħala kiri ta’ proprjetà immobbli?

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv, l-Artikolu 47 tad-Direttiva tal-VAT 2006/112/KE u l-Artikolu 31a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni msemmi iktar ’il fuq għandhom madankollu jiġu interpretati fis-sens li servizz ta’ ċentru tad-data bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandu jitqies bħala servizz konness ma’ proprjetà immobbli u l-post tal-eżekuzzjoni tiegħu huwa l-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli?

____________

1     ĠU 2011, L 77, p. 1.

2     ĠU 2006, L 347, p. 1 u rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.

3     ĠU 2013, L 284, p. 1.