Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) ta' l-1 ta' Frar 2008 Labate vs Il-Kummissjoni
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Assigurazzjoni okkupazzjonali kontra l-inċidenti u l-mard - Mard okkupazzjonali - Kanċer tal-pulmun - Tipjip passiv - M'hemmx lok għal deċiżjoni)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Kay Labate (Tarquinia, l-Italja) (rappreżentant: I. Forrester, avocat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ottubru 2006 u tat-18 ta' Ottubru 2004 li ma tirrikonoxxix il-kanċer, li minħabba fih miet il-konjuġi tar-rikorrenti, bħala marda okkupazzjonali kkawżata mit-tipjip passiv.
Dispożittiv
M'hemmx iktar lok għal deċiżjoni dwar it-talbiet ippreżentati minn K. Labate fir-rikors tagħha.
It-talbiet għall-kumpens ippreżentati fl-ittra tal-25 ta' Ottubru 2007 ta' K. Labate huma miċħuda bħala manifestament infondati.
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 223, 22.09.07 p.22.