Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2012 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-75/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u S. Orlandi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjonijiet dwar il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni akkwistati qabel id-dħul fis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea u, sa fejn ikun meħtieġ, tad-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti mressqa mir-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjonijiet dwar il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni akkwistati qabel id-dħul fis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea;

sa fejn ikun meħtieġ, jannulla d-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti mressqa minnhom intiżi għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni u tar-rati tal-attwarjat fis-seħħ fil-mument tat-talba tagħhom għat-trasferiment tad-drittiijet għall-pensjoni tagħhom;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.