Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-8 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Bucureşti - ir-Rumanija) – SC Mitliv Exim SRL vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală, Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili

(Kawża C-9/19) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Assenza ta’ dettalji suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġislattiv tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll tar-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa għal risposta għad-domanda preliminari għal deċiżjoni – Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Mitliv Exim SRL

Konvenuti: Agenţia Naţională de Administrare Fiscală, Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Bucureşti (il-Qorti tal-Muniċipalità ta’ Bukarest, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tat-8 ta ’Ġunju 2018, hija manifestament inammissibbli.

____________

1     ĠU C 131, 8.4.2019.