Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-57/12)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: G. Cipresa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċizjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas l-allowance ta’ invalidità tar-rikorrent għax-xhur bejn Ġunju u Settembru 2011.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni u sa fejn, ultraque incerta sunt, teżisti, jiċħad it-talba tad-19/10/2011;

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni u sa fejn, ultraque incerta sunt, teżisti, jiċħad l-ilment tal-20/10/2011;

jannulla kull waħda mid-deċiżjonijiet, jekk u sa fejn dawn jeżistu, ultraque incerta sunt, li abbażi tagħhom il-Kummissjoni naqqset illegalment, mill-ħlas ta’ kull xahar tal-allowance tal-invalidità dovuta lir-rikorrent għax-xhur bejn Ġunju u Settembru 2011, somom ta’ flus li jammontaw għal EUR 1661 u jannulla d-deċiżjonijiet, jekk u sa fejn dawn jeżistu, li jitwettaq dan it-tnaqqis;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 1661, u iktar minn hekk l-interessi fuq din is-somma bir-rata ta’ 15 % fis-sena u b’kapitalizzazzjoni annwali li jibdew jiddekorru mis-27/10/2010 sal-ġurnata li fiha jseħħ l-imsemmi ħlas;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.