Language of document :

Appell ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2018 minn Anikó Pint mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fid-9 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-634/17, Pint vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-770/18 P)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Anikó Pint (rappreżentant: D. Lázár, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, L-Ungerija

Permezz ta’ digriet tal-21 ta’ Mejju 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (L-Għaxar Awla) ċaħdet l-appell bħala manifestament infondat u kkundannat lill-appellanti sabiex tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________