Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte costituzionale (L-Italja) fit-30 ta’ Lulju 2020 – O.D., R.I.H.V., B.O., F.G., M.K.F.B., E.S., N.P., S.E.A. vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

(Kawża C-350/20)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte costituzionale

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: O.D., R.I.H.V., B.O., F.G., M.K.F.B., E.S., N.P., S.E.A.

Konvenut: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

Domanda preliminari

L-Artikolu 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ipproklamata fis-7 ta’ Diċembru 2000 f’Nice, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jinkludi l-allowance tat-twelid u l-allowance tal-maternità, skont l-Artikolu 3(1)(b) u (j) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali 1 , msemmija fl-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru 2 u, għaldaqstant, id-dritt tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat bħala li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li ma testendix għal barranin li huma detenturi tal-permess uniku previst fl-istess direttiva, il-benefiċċju ta’ dawk il-miżuri ta’ assigurazzjoni soċjali, li diġà ngħatat lil barranin li għandhom permess ta’ residenza fl-Unjoni Ewropea għal residenti għal perijodu twil?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.

2     ĠU 2011, L 343, p. 1