Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fis-27 ta’ Novembru 2018 – JA vs Skarb Państwa rrappreżentat minn Sejm Rzeczypospolitej Polskiej, Senat Rzeczypospolitej Polskiej, Prezes Rady Ministrów, Minister Sprawiedliwości, Minister Finansów

(Kawża C-745/18)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: JA

Konvenuti: Skarb Państwa, irrappreżentat minn Sejm Rzeczypospolitej Polskiej, Senat Rzeczypospolitej Polskiej, Prezes Rady Ministrów, Minister Sprawiedliwości, Minister Finansów

Domanda preliminari

L-Artikoli 73 u 78(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 u d-dispożizzjonijiet preċedenti tal-Artikolu 11A(1)(a) u 11A(2)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima 2 , moqrija fid-dawl tal-prinċipji ġenerali tar-responsabbiltà kumpensatorja ta’ Stat Membru kif stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (u prinċipalment mis-sentenzi tad-19 ta’ Novembru 1991, Francovich et, C-6/90 u C-9/90, ECLI:EU:C:1991:428, u tal-5 ta’ Marzu 1996, Brasserie du Pêcheur u Factortame et, C-46/93 u C-48/93, ECLI:EU:C:1996:79), għandhom jiġu interpretati fis-sens li, mill-1 ta’ Mejju 2004, Stat Membru li jaderixxi mal-Unjoni Ewropea f’din id-data, għandu l-obbligu li jadotta dispożizzjonijiet li jipprevedu li r-remunerazzjoni ta’ amministratur fi proċedura ta’ insolvenza tiżdied bl-ammont ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) dovuta fir-rigward ta’ din ir-remunerazzjoni?

____________

1     ĠU 2006, L 347, p. 1 u rettifika fil-ĠU 2007 L 335, p. 60.

2     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.