Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil du Contentieux des Étrangers (il-Belġju) fl-20 ta’ Diċembru 2019 – X vs L-Istat tal-Belġju

(Kawża C-930/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil du Contentieux des Étrangers

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenut: L-Istat tal-Belġju

Domanda preliminari

L-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri 1 , jikser l-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn dan jipprevedi li d-divorzju, l-annullament taż-żwieġ jew it-tmiem ta’ unjoni rreġistrata ma jwassalx għat-telf tad-dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li ma għandhomx in-nazzjonalità ta’ Stat Membru – b’mod partikolari meta sitwazzjonijiet partikolarment diffiċli jeżiġu dan, per eżempju l-fatt li kienu vittma ta’ vjolenza domestika meta ż-żwieġ jew l-unjoni rreġistrata kienu għadhom fis-seħħ –, iżda biss bil-kundizzjoni li l-persuni kkonċernati juru li huma ħaddiema impjegati jew li jaħdmu għal rashom jew li għandhom biżżejjed riżorsi għalihom u għall-membri tal-familja tagħhom biex ma jkunux ta’ piż fuq is-sistema ta’ assistenza soċjali fl-Istat Membru ospitanti matul il-perjodu ta’ residenza tagħhom u li għandhom assigurazzjoni ta’ mard komprensiva fl-Istat Membru ospitanti, jew li huma membri tal-familja, diġà kkostitwit fl-Istat Membru ospitanti, ta’ persuna li tissodisfa dawn ir-rekwiżiti, filwaqt li l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja 2 , li jipprevedi l-istess possibbiltà ta’ żamma ta’ dritt ta’ residenza, ma jissuġġettax din iż-żamma għal din il-kundizzjoni tal-aħħar?

____________

1     Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).

2     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224.