Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta' Awwissu 2011 - ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-79/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Kumpens għad-danni materjali u morali allegatament subiti minħabba n-nuqqas ta' miżuri ta' eżekuzzjoni tas-sentenza F-128/07.

Talbiet tar-rikorrent

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta' EUR 10 000 abbażi tat-telf ta' opportunità subit minħabba n-nuqqas ta' miżuri ta' eżekuzzjoni fir-rigward tiegħu;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta' EUR 5 000 abbażi tad-dannu morali subit minħabba n-nuqqas ta' kull komunikazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni dwar is-segwitu li kellha l-intenzjoni li tagħti lis-sentenza ta' annullament;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________