Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-98/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Annullament parzjali ta’ żewġ avviżi lill-persunal tal-Kunsill sa fejn dawn jorbtu l-benefiċċju tar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar mill-post ta’ assenjazzjoni għall-post ta’ oriġini u tal-leave għal raġuni ta’ distanza mal-allowance tar-residenza barra mill-pajjiż u tal-espatrijazzjoni u talba sabiex il-konvenut jiġi kkundannat għall-ħlas tad-danni għad-danni morali u materjali allegantament sostnuti.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla skont l-Artikolu 270 TFUE id-deċiżjoni li tinsab fl-Avviż lill-Persunal (“AP”) 13/14 (Deċiżjoni Nru 2/2014), tad-9 ta’ Jannar 2014, li emenda s-sistema applikabbli għal-leave għal raġuni ta’ distanza, wara l-applikabbiltà sa mill-1 ta’ Jannar 2014 tad-dispożizzjoni li tinsab fl-Artikolu 7 tal-Anness V tar-Regolamenti tal-Persunali kif ukoll fl-Avviż lill-Persunal (“AP”) 9/14 (Deċiżjoni Nru 12/2014), li emendat is-sistema tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar wara l-applikabbiltà sa mill-1 ta’ Jannar 2014 tad-dispożizzjoni li tinsab fl-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolament tal-Persunal, emendati bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali Nru L 287, tad-29 ta’ Ottubru 2013. It-talba għal annullament hija limitata għall-parti ta’ dawn l-AP li torbot id-dritt għall-ispejjeż tal-ivjaġġar u d-dritt għal-leave għal raġuni ta’ distanza mal-allowance tar-residenza barra mill-pajjiż jew tal-espatrijazzjoni kif ukoll mal-Artikolu 6 tal-KP9/14, li introduċa kriterji ġodda għad-determinazzjoni tal-post ta’ oriġini.jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas, lir-rikorrent, ta’ ammont ta’ EUR 165 596 42 għad-dannu materjali sostnut kif ukoll ammont ta’ EUR 40 000 għad-dannu morali;jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni u intressi moratorji u kumpensatorji bir-rata ta’ 6.75 għad-dannu morali u materjali sostnut;jikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.