Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-4 ta' Settembru 2008 - Lafili vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-22/07)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 723/2004 (KEE, KEEA) - Artikoli 44 u 46 tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 7 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Promozzjoni - Klassifikazzjoni - Fattur tal-multiplikazzjoni)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Paul Lafili (Genk, il-Belgju) (rappreżentanti: G. Vandersanden u L. Levi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall, H. Kraemer u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li tikklassifika lir-rikorrent fil-grad AD 13, skala 5, li tinsab f'nota tad-DG ADMIN tal-11 ta' Mejju 2006 u fin-nota tal-paga ta' Ġunju 2006 u fin-noti tal-paga sussegwenti, inkwantu din id-deċiżjoni tikser, b'mod partikolari, l-Artikoli 44 u 46 tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll l-Artikolu 7 ta' l-Anness XIII ta' l-imsemmija regolamenti.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Kap tad-Diviżjoni A 6 "Struttura tal-karrieri, evalwazzjoni u promozzjoni" tad-Direttorat Ġenerali "Persunal u Amministrazzjoni" tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tal-11 ta' Mejju 2006, hija annullata.

P. Lafili għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu.

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż ta' P. Lafili.

____________

1 - ĠU C 95, 28.4.2007, p. 59.