Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Mejju 2020 – C.E. Roeper GmbH vs Hauptzollamt Hamburg

(Kawża C-216/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: C.E. Roeper GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg.

Domandi preliminari

In-Noti ta’ spjega għan-Nomenklatura Magħquda 1 japplikaw sa fejn għas-subintestatura 1521 9099 2 tintuża l-kelma “imdewba”?

Jekk l-ewwel domanda magħmula tingħata risposta fin-negattiv: it-termini “mhux imsajrin” li jinsabu fis-subintestatura 1521 9091 tan-Nomenklatura Magħquda għandhom jiġu interpretati fis-sens li x-xama’ tan-naħal, li ġiet imdewba fil-pajjiż li qed jesporta u li minnha l-materjal barrani ġie sseparat b’mod mekkaniku matul il-proċess tat-tidwib, li fiha jkun għad hemm materjal barrani, għandha tiġi kklassifikata taħt din is-subintestatura?

____________

1     Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1776 tad-9 ta’ Ottubru 2019 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 280, 31.10.2019, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2020, L 13, p. 58, fil-ĠU 2020, L 13, p. 59 u fil-ĠU 2020, L 31, p. 10)

2     Noti ta’ spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2011, C 137, p. 1)