Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Ġunju 2020 – EL u CP vs Ryanair Designated Activity Company

(Kawża C-287/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EL, CP

Konvenuta: Ryanair Designated Activity Company

Domandi preliminari

Strajk organizzat minn sindakat tal-persunal ta’ trasportatur tal-ajru li jopera jikkostitwixxi “ċirkustanza straordinarja” fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 1 ?

F’dan ir-rigward, huwa rilevanti l-fatt li seħħew trattattivi mar-rappreżentanti tal-interessi tal-ħaddiema fid-dawl tal-istrajk?

____________

1     Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).