Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija) fis-6 ta’ Marzu 2017 – Liviu Petru Lupean, Oana Andreea Lupean vs OTP BAAK NYRT permezz ta’ OTPBANK SA permezz ta’ Sucursala Sibiu, OTP BAAK NYRT permezz ta’ OTPBANK SA

(Kawża C-119/17)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Sibiu.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Liviu Petru Lupean, Oana Andreea Lupean

Konvenuti: OTP BAAK NYRT permezz ta’ OTPBANK SA permezz ta’ Sucursala Sibiu, OTP BAAK NYRT permezz ta’ OTPBANK SA

Domandi preliminari

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur 1 , moqri flimkien mal-prinċipju ta’ in dubio pro consumer li jirriżulta mit-tieni sentenza tal-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva kif ukoll il-ġurisprudenza tal-Unjoni, [jista’ jiġi interpretat] fis-sens li klawżola ta’ kuntratt ta’ self bankarju:

li tipprevedi l-għoti ta’ self iddenominat f’munita (barranija) u l-obbligu ta’ rimbors fl-istess munita (barranija), filwaqt li ċ-ċirkustanzi relatati mal-konklużjoni u l-eżekuzzjoni tal-kuntratt jindikaw li t-tqegħid għad-dispożizzjoni effettiva tas-somma mislufa ġiet imwettqa f’munita oħra, il-valuta ta’ remunerazzjoni kellha funzjoni virtwali ta’ unità ta’ kalkolu;

li titrasferixxi r-riskju kollu taż-żieda fil-valur estern u/jew intern tal-valuta ta’ remunerazzjoni użata (il-valuta barranija) fuq min jissellef (il-konsumatur), filwaqt li dan tal-aħħar irċieva s-self f’valuta oħra ta’ remunerazzjoni, jiġifieri dik realment ikkonsmata;

li ma tesponix b’mod trasparenti l-funzjonament konkret tal-mekkaniżmu tal-kambju tal-valuta ta’ remunerazzjoni virtwalment użata b’tali mod li l-konsumatur jista’ jevalwa, fuq il-bażi ta’ kriterji ċari u komprensibbli, il-konsegwenzi ekonomiċi tal-konklużjoni tal-kuntratt;

li timponi fuq il-konsumatur l-obbligu pekunarju li jħallas, fil-kuntest tar-rimbors tas-self, id-differenza bejn il-pagamenti fix-xahar ikkalkolati fil- valuta ta’ remunerazzjoni virtwali offerta lil min jissellef u dawk ikkalkolati fil-valuta ta’ remunerazzjoni ikkonsmata,

tista’ tkun abbużiva ?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, liema kriterji għandha tapplika l-qorti nazzjonali sabiex tevalwa tali natura abbużiva eventwali, fid-dawl tal-fatti deskritti fl-ewwel domanda?

Il-klawżoli deskritti fl-ewwel domanda jistgħu jiġu kkunsidrati li ma jaqgħux taħt l-għan prinċipali tal-kuntratt ta’ self?

____________

1 Direttiva tal-Kunsill 93/13/KE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).