Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Ġunju 2013 – Jargeac et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-98/11)1

(Servizz pubbliku – Remunerazzjoni – Allowance tal-familja – Allowance tal-edukazzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Tnaqqis ta’ allowance tal-istess natura rċevuta minn sorsi oħra – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bernard Jargeac et (Hostert, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment minn F. Moyse u A. Salerno, avukati, sussegwentement minn A. Salerno, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li xi għajnuna finanzjarja ta’ Stat Membru lill-istudenti ta’ livell ta’ edukazzjoni superjuri titqies bħala allowance tal-istess natura bħall-allowances tal-familja u li din l-għajnuna finanzjarja titnaqqas mill-allowance tal-edukazzjoni mħallsa lill-uffiċjali ġenituri ta’ dawn l-istudenti, kif ukoll l-annullament tad-deċiżjoni ta’ rimbors tal-ammonti mħallsa li ma kinux dovuti.

Dispożittiv tad-digriet

Ir-rikors, sa fejn ġie ppreżentat minn Finch huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

Ir-rikors, sa fejn ġie ppreżentat minn Jargeac, Aliaga Artero, Charrière, Clarke, Domingues, Hughes, Lanneluc u Zein, huwa miċħud bħala manifestament nieqes minn kull bażi fid-dritt.

Jargeac u t-tmien uffiċjali jew ex uffiċjali l-oħra li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 347, 26.11.2011, p. 47.