Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (l-Irlanda) fit-13 ta’ Frar 2020 – K. M. vs Director of Public Prosecutions

(Kawża C-77/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: K. M.

Konvenut: Director of Public Prosecutions

Domandi preliminari

Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-politika komuni tas-sajd u tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 850/1998 1 , u fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mibdija sabiex jiġu infurzati d-dispożizzjonijiet tagħhom, dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tipprevedi, fil-każ ta’ kundanna bbażata fuq l-akkuża, flimkien ma’ multa, il-konfiska obbligatorja tal-ħut kollu u tal-irkaptu tas-sajd kollu misjub abbord id-dgħajsa li għaliha jirreferi r-reat, hija kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 2 , b’mod partikolari mal-Artikoli 89 u 90 tiegħu, u mal-prinċipju ta’ proporzjonalità taħt it-Trattati tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali?

____________

1     Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta’ Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 4, Vol. 3, p. 217).

2     Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU 2009, L 343, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 355, p. 93, fil-ĠU 2014, L 318, p. 34 u fil-ĠU 2015, L 149, p. 23).