Language of document : ECLI:EU:F:2016:7

DIGRIET TAL-PRESIDENT TAL-EWWEL AWLA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWRPEA

28 ta’ Jannar 2016

Kawża F‑138/11

David Schwander

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Trasferiment tad-drittijiet tal- pensjoni – Sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea li jseħħu fil-mori tal-kawża – Rinunzja għall-atti tar-rikorrent – Tħassir tal-kawża – Allokazzjoni rispettiva tal-ispejjeż”

Suġġett:      Rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA skont l-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu D. Schwander essenzjalment jitlob, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju “Ġestjoni u kalkolu tad-drittijiet individwali” (PMO) tal- 10 ta’ Mejju 2011, li permezz tagħha, minn naħa, il-proposta ta’ akkreditazzjoni tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni, li saritlu fit-22 ta’ Ottubru 2009 u li aċċetta fis-17 ta’ Diċembru 2009, ġiet irtirata, u, min-naħa l-oħra, kalkolu ġdid tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni ġie stabbilit b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali li jimplementaw l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea adottati mill-Kummissjoni Ewropea fit-3 ta’ Marzu 2011.

Deċiżjoni:      Il-Kawża F‑138/11 hija mħassra mir-reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

Sommarju

Proċedura ġudizzjarja – Rinunzja għall-atti tar-rikorrent – Tħassir tal-kawża mir-reġistru

(Regoli tal-Proċedura għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikoli 84 u 103(5))

(ara l-punt 7)