Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Ottubru 2010 - De Pretis Cagnodo u Trampuz vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-104/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Mario Alberto de Pretis Cagnodo u Serena Trampuz (Trieste, l-Italja) (rappreżentant: C. Falagiani, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad ir-rimbors ta' 100 % ta' ċerti spejjeż mediċi marbuta mal-kura fi klinika ta' mart uffiċjal irtirat

Talbiet tar-rikorrenti

Tissospendi jew, fi kwalunkwe każ, tinibixxi provviżorjament, fid-dawl tal-fumus boni juris tat-talba preżenti, tad-dannu gravi patrimonjali li altrimenti r-rikorrenti jsostnu u tan-nuqqas ta' ċarezza fir-rigward tad-determinazzjoni tas-somom ikkontestati, l-eżekuzzjoni tal-proċedura ta' rkupru sforzat tas-somom inkwistjoni u, b'hekk, tinibixxi provviżorjament it-tnaqqis ex officio mill-pensjoni ta' M. de Pretis Cagnodo;

wara li tikkonstata u tiddikjara li l-ebda kritika jew ilment ma jista' jsir fir-rigward ta' S. Trampuz għal dak li jirrigwarda l-kwantifikazzjoni u l-ħlas tal-ispejjeż ta' akkomodazzjoni rikjesti mill-klinika fejn ġiet rekoverata, wara li tikklassifika bħala "gravi" l-marda li wasslet għad-dħul ta' S. Trampuz fl-isptar u l-interventi kirurġiċi li għalihom din ġiet sottoposta, u wara li tikkunsidra bħala inevitabbli u terapewtikament korrett il-perijodu taż-żmien fl-isptar, tiddikjara lir-rikorrenti eżenti minn kull rimbors tas-servizzi mwettqa mill-Uffiċċju likwidatur ta' Ispra u, konsegwentement, tordna lill-Kummissjoni tannulla t-talba għall-ħlas lura tas-somma ta' EUR 41 833 - jew ta' dik is-somma possibilment differenti li tista' tiġi ddeterminata - u li tastjeni minn kull tnaqqis ex officio ta' dan l-ammont mill-pensjoni ta' M. de Pretis Cagnodo;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

____________