Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Novembru 2011 – Juvyns vs Il-Kunsill

(Kawża F-20/09) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2008 – Eżami komparattiv tal-merti – Proċedura bbażata fuq ir-rapporti ta’ evalwazzjoni 2005/2006 – Kriterju tal-livell tar-responsabbiltajiet eżerċitati)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Marc Juvyns (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment K. Zieleśkiewicz u G. Kimberley, aġenti, sussegwentement K. Zieleśkiewicz u M. Bauer, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AST 7 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2008 u, jekk ikun meħtieġ, tad-deċiżjonijiet li jippromwovu f’dan il-grad uffiċjali li kien jistħoqqilhom inqas minnu.

Dispożittiv tal-kawża

Ir-rikors huwa miċħud.

M. Juvyns għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 113, 16.05.2009, p. 46.