Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Alba Iulia (ir-Rumanija) fil-5 ta’ Novembru 2019 – Flavourstream SRL vs Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Braşov, Agenţia Naţională de Administrare Fiscală - Direcţia Generală a Vămilor - Direcţia Regională Vamală Braşov - Biroul Vamal de Interior Sibiu

(Kawża C-822/19)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Alba Iulia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Braşov, Agenţia Naţională de Administrare Fiscală - Direcţia Generală a Vămilor - Direcţia Regională Vamală Braşov - Biroul Vamal de Interior Sibiu

Konvenuta: Flavourstream SRL

Domanda preliminari

In-nomenklatura elenkata fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana 1 , kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 tas-6 ta’ Ottubru 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana 2 , għandha tiġi interpretata fis-sens li l-prodott “AURIC GMO FREE”, inkwistjoni fit-tilwima preżenti, jiġi kklassifikat taħt is-subintestatura 1702 90 95 jew taħt is-subintestatura 2912 49 00 ta’ din in-nomenklatura?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.

2     ĠU 2016, L 294, p. 1, rettifika fil-ĠU 2016, L 329, p. 119 u fil-ĠU 2017, L 150, p. 19.