Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2011 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-132/11)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent, l-ewwel nett, li tinformah bil-miktub dwar in-numru totali ta’ ġranet ta’ leave akkumulati fis-snin qabel l-2005 u akkumulati matul is-snin mill-2005 sal-2010, li għandu dritt għat-tgawdija tagħhom fid-data tal-applikazzjoni tat-talba tiegħu u n-numru ta’ ġranet ta’ leave li ser jiġu akkumulati favur tiegħu fl-aħħar tal-2010, it-tieni nett, biex jieħu dawn il-ġranet ta’ leave kollha u, it-tielet nett, sabiex jiġi indikat lilu raġunijiet eventwali ta’ impediment li minħabba fihom dawn l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu rrifjutati.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni, li toriġina, jew li fi kwalunkwe każ tista’ tiġi attribwita lill-Kummissjoni, ta’ rifjut tad-diversi talbiet tar-rikorrent fl-applikazzjoni tal-25 ta’ Settembru 2010, mibgħuta lill-Awtorità tal-Ħatra;

jikkonstata li ma teżistix ex lege, jiġifieri l-annullament, tat-tnejn li huma, kemm quatenus opus est, tan-nota rreġistrata fit-28 ta’ Frar 2011 bir-referenza Ares(2011)2l7354, li waslet lir-rikorrent mhux qabel mis-6 ta’ April 2011;

jannulla d-deċiżjoni, li toriġina mill-Kummissjoni, li tirrifjuta, irrispettivament mill-forma tar-rifjut, id-diversi talbiet tar-rikorrent magħmula fl-ilment tiegħu tal-25 ta’ April 2011;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.