Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2013 – ZZ vs ECB

(Kawża F-99/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Suġġett

Annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni għas-sena 2012 u tad-deċiżjonijiet li ttieħdu abbażi tiegħu, flimkien mal-għoti tad-danni morali subiti.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla l-evalwazzjoni għas-sena 2012 tar-rikorrent;

jekk ikun il-każ, jannula d-deċiżjoni tat-18 ta’ April 2013 li tiċħad it-talba għal reviżjoni amministrattiva u d-deċiżjoni tat-23 ta’ Lulju 2013 li tiċħad l-ilment;

jannulla kull deċiżjoni meħuda abbażi tal-evalwazzjoni illegali għas-sena 2012;

tikkundanna lill-konvenut jikkumpensa d-dannu morali mġarrab evalwat ex aequo et bono għal EUR 10.000;

tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż.