Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Mejju 2008 - Bartha vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-50/08)

Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż

Partijiet

Rikorrent: Gábor Bartha (Brussell, il-Belgju) (rappreżentant: P. Homoki, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni ta' l-EPSO li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta' riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/56/06.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni meħuda mill-bord ta' l-eżaminaturi ta' l-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal fid-19 ta' Novembru 2007 fil-parti tar-riżultat tal-kompetizzjoni "EPSO/AD/56/06, amministraturi (AD5) ta' nazzjonalità Ungeriża;

jannulla d-deċiżjoni tal-bord ta' l-eżaminaturi ta' l-EPSO tat-23 ta' Jannar 2008 li tiċħad l-ilment dwar ir-riżultat tal-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni;

jannulla d-deċiżjoni tal-bord ta' l-eżaminaturi ta' l-EPSO tal-31 ta' Marzu 2008 li tikkonferma ċ-ċaħda ta' l-ilment dwar ir-riżultat tal-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni;

jikkundanna lill-konvenuta tikkumpensah għad-danni kkawżati mid-deċiżjonijiet annullati;

jikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________