Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-635/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hermes u A. C. Becker, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 13(1) flimkien mal-Anness XI tad-Direttiva 2008/50/EG 1 billi, mill-2010, sistematikament u kontinwament eċċediet il-valur limitu annwali għad-dijossidu tan-nitroġenu (NO2) f’26 żona għal valutazzjoni u ġestjoni tal-kwalità tal-arja (DEZBXX0001A l-agglomerazzjoni ta’ Berlin, DEZCXX0007A l-agglomerazzjoni ta’ Stuttgart, DEZCXX0043S id-distrett ta’ Tübingen, DEZCXX0063S id-distrett ta’ Stuttgart, DEZCXX0004A l-agglomerazzjoni ta’ Freiburg, DEZCXX0041S id-distrett ta’ Karlsruhe [agglomerazzjoni mhux inkluża], DEZCXX0006A l-agglomerazzjoni ta’ Mannheim/Heidelberg, DEZDXX0001A l-agglomerazzjoni ta’ München, DEZDXX0003A l-agglomerazzjoni ta’ Nürnberg/Fürth/Erlangen, DEZFXX0005S Żona III Mittelhessen u Nordhessen, DEZFXX0001A Agglomerazzjoni I [Rhein-Main], DEZFXX0002A Agglomerazzjoni II [Kassel], DEZGLX0001A l-agglomerazzjoni ta’ Hamburg, DEZJXX0015A Grevenbroich [iż-żona tal-minjieri tal-linjite tar-Rhein], DEZJXX0004A Köln, DEZJXX0009A Düsseldorf, DEZJXX0006A Essen, DEZJXX0017A Duisburg, Oberhausen, Mülheim, DEZJXX0005A Hagen, DEZJXX0008A Dortmund, DEZJXX0002A Wuppertal, DEZJXX0011A Aachen, DEZJXX0016S iż-żoni urbani u iż-żoni rurali fin-Nordrhein-Westfalen, DEZKXX0006S Mainz, DEZKXX0007S Worms/Frankenthal/Ludwigshafen, DEZKXX0004S Koblenz/Neuwied) u l-valur ta’ limitu għal kull siegħa għan-NO2 fi tnejn minn dawn iż-żoni (DEZCXX0007A l-agglomerazzjoni ta’ Stuttgart, DEZFXX0001A Agglomerazzjoni I [Rhein-Main]);

tikkonstata li, mill-11 ta’ Ġunju 2010, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont it-tieni u it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(1) flimkien mat-Taqsima A tal-Anness XV tal-istess direttiva, u b’mod partikolari l-obbligu li jitnaqqas kemm jista’ jkun il-perijodu ta’ nuqqas ta’ konformità fis-26 żona kkonċernati;

tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Mill-2010, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja sistematikament u kontinwament eċċediet il-valur ta’ limitu għal kull sena u kull siegħa għan-NO2 skont l-Anness XI f’26 jew 2 minn dawn iż-żoni. Dan jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 13(1) flimkien mal-Anness XI tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa.

Bi ksur tat-tieni u tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(1) flimkien mal-Anness XV tad-Direttiva, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset, mill-11 ta’ Ġunju 2010, milli tinkludi fil-pjanijiet tal-kwalità tal-arja għas-26 żona kkonċernati miżuri li jkunu kapaċi jnaqqsu kemm jista’ jkun il-perijodu ta’ nuqqas ta’ konformità. In-nuqqas ta’ adegwatezza tal-miżuri jirriżulta, inter alia, mit-tul, mill-evoluzzjoni u mill-portata tal-eċċess tal-valur ta’ limitu kif ukoll mir-reviżjoni tal-pjanijiet tal-kwalità tal-arja mfassla għaż-żoni kkonċernati.

____________

1     ĠU 2008, L 152, p. 1.