Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Genova (l-Italja) fit-12 ta’ Ottubru 2018 – LG et vs Rina SpA, Ente Registro Italiano Navale

(Kawża C-641/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Genova

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: LG et

Konvenuti: Rina SpA, Ente Registro Italiano Navale

Domanda preliminari

L-Artikoli 1(1) u 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 1 għandhom jiġu interpretati – dan ukoll fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-UE, tal-Artikolu 6(1) KEDB u tal-premessa 16 tad-Direttiva 2009/15/CE 2 – bħala li jipprekludu li, fil-kuntest ta’ tilwima mressqa sabiex jinkiseb kumpens għad-danni b’riżultat tal-mewt u l-feriment ta’ persuni kkawżati mill-għarqa ta’ vapur tal-passiġġieri bl-invokazzjoni ta’ responsabbiltà b’riżultat ta’ aġir negliġenti, qorti ta’ Stat Membru tista’ tirrinunzja għall-ġurisdizzjoni tagħha, billi tirrikonoxxi l-immunità ġurisdizzjonali favur organi u persuni ġuridiċi rregolati mid-dritt privat li jwettqu attivitajiet ta’ klassifikazzjoni u/jew ta’ ċertifikazzjoni u li għandhom is-sede tagħhom f’dan l-Istat Membru, u dan minħabba l-eżerċizzju ta’ tali attivitajiet ta’ klassifikazzjoni u/jew ta’ ċertifikazzjoni f’isem Stat barra mill-Komunità?

____________

1     Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).

2     Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (ĠU 2009, L 131, p. 47).