Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2011 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-102/11)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tħallas lir-rikorrent l-ispejjeż tal-vjaġġi annwali mill-post tal-assenjazzjoni tiegħu għall-pajjiż ta’ oriġini għas-snin 2005 sa 2010.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta li tiċħad, irrispettivament mill-forma ta’ din id-deċiżjoni u kemm jekk din iċ-ċaħda hijiex parzjali jew totali, it-talbiet tar-rikorrent magħmula fit-13 ta’ Awwissu 2010.

jannulla, jekk dan ikun meħtieġ, in-nota tat-22 ta’ Diċembru 2010, rif. PMO.1/NS/AV D(2010)986451;

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad, irrispettivament mill-forma tagħha, l-ilment tar-rikorrent tal-25 ta’ Frar 2011;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.